Sunday, December 29, 2024

Napoli jkeċċu lill-coach Rudi Garcia

Aqra wkoll

It-Tnejn filgħodu, il-coach ta’ Napoli, Rudi Garcia, telaq lejn Franza wara li l-club iddeċieda li jkeċċih. 

Id-destin tal-coach ta’ 59 sena kien issiġillat wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Empoli hekk kif issa l-Partnopei jibdew fit-tfittxija għas-suċċessur tiegħu, li jidher li se jkun Igor Tudor. 

Garcia ngħata l-kariga fis-sajf wara d-deċiżjoni ta’ Luciano Spalletti li jħalli lill-club u ffirma kuntratt ta’ sentejn li jiswa €2.8m netti kull staġun. Ġiet inkluża wkoll klawsola li tippermetti lill-club li jtemm il-kuntratt tiegħu f’Ġunju li ġej jekk jitkeċċa fl-ewwel kampanja tiegħu.

Garcia issa ħalla l-kapitali tal-Campania wara li ntlemaħ fuq ajruplan lejn Nizza. Il-Franċiż se jirritorna għand is-sieħba tiegħu u binthom wara li tkeċċa mill-president ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis.

Ekonomija

Sport