Monday, October 5, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Il-Portugall jikkwalifikaw għall-kwarti-finali

UEFA Nations League: Il-Portugall jikkwalifikaw għall-kwarti-finali

0
43

Il-Portugall għelbu lin-Norveġja 2-1 u kkonfermaw posthom fil-kwarti finali tal-UEFA Nations League minkejja li fadal żewġ partiti.

In-Norveġja fetħeul-iskor fis-36 minuta permezz ta’ Kristoffer Ajer, li skorja b’xutt spettakolari lejn ir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Iżda l-vantaġġ tagħhom dam biss żewġ minuti, hekk kif Joao Cancelo wieġeb b’xutt mill-isbaħ wara li rċieva mingħand Nuno Mendes.

Wara l-mistrieħ, iż-żewġ timijiet kellhom opportunitajiet, iżda l-Portugall dehru aktar perikolużi. Erling Haaland kellu ċans tajjeb għan-Norveġja iżda falla l-mira, filwaqt li Egil Selvik kellu jagħmel saves importanti biex iżomm lit-team tiegħu fil-logħba.

Il-Portugall skorjaw il-gowl tar-rebħa fid-79 minuta, meta Joao Felix għadda lejn Gonçalo Ramos biex għamilhom 2-1.

Minkejja t-tkeċċija ta’ Francisco Conceicao, lejn it-tmiem il-Portugall żammew l-iskor sas-suffara finali biex baqgħu bla telfa f’darhom għal dawn l-aħħar 12-il partita filwaqt li n-Norveġja sofrew it-tielet telfa konsekuttiva.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here