Monday, October 5, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Id-Danimarka jagħmlu pass lejn l-aħħar tmienja b’rebħa fuq Wales

UEFA Nations League: Id-Danimarka jagħmlu pass lejn l-aħħar tmienja b’rebħa fuq Wales

0
39

Id-Danimarka rreġistraw il-ħames rebħa konsekuttiva  kontra Wales wara li għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 f’Cardiff City Stadium. 

Wales kellhom l-ewwel opportunità permezz ta’ Ethan Ampadu, iżda d-Danimarka malajr ħadu l-kontroll u ħolqu diversi ċansijiet, b’Rasmus Hojlund u Gustav Isaksen fost dawk li kienu l-aktar perikolużi.

Wara l-mistrieħ, iż-żewġ goalkeepers kellhom jagħmlu saves importanti. Danny Ward kien providenzjali għal Wales fuq xuttijiet ta’ Hojlund u Isaksen, iżda mbagħad ikkommetta żball deċiżiv. Minn pass ħażin tiegħu rregala l-ballun lil Isaksen fil-kaxxa, qabel waqqa’ lill-attakkant biex id-Daniżi ngħataw penalty .. li minnu Rasmus Hojlund ma żbaljax.

Wales ippruvaw jagħmlu reazzjoni biex jiksbu d-draw iżda ma rnexxilhomx. Huma sofrew il-ħames telfa fi tmien logħbiet u jinsabu fl-aħħar post ta’ Grupp A4. 

Min-naħa tagħhom, id-Danimarka telgħu fit-tieni post u żiedet iċ-ċansijiet tagħhom li jikkwalifikaw għall-kwart-finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here