Saturday, December 21, 2024

Naprezzaw it-tradizzjoni wara sentejn ta’ ċaħda minħabba l-pandemija

Aqra wkoll

“Xi ġmiel li erġajna bdejna wara sentejn koroh ta’ ċaħda minħabba l-pandemija”. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici stqarr li din hija l-kelma li tinsab fuq kulħadd wara aktar rilaxx lejn in-normalità.

Il-Ministru Bonnici qal dan filwaqt li appella biex il-pubbliku jżur l-attivitajiet organizzati b’rabta ma’ dawn il-jiem ta’ festi. Bonnici kompla li apparti s-sens reliġjuż importanti, dawn il-purċissjonijiet fihom ukoll valur kulturali u tradizzjonali b’saħħtu mmens.

F’ritratt li tella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru rringrazzja lil dawk kollha li jagħtu kontribut biex dawn l-attivitajiet ikunu jistgħu jibqgħu jsiru. Dan hekk kif  hu stess flimkien ma’ bintu Ema żaru l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħal Għaxaq u l-purċissjoni tad-Duluri f’Birżebbuġa u Marsaskala.

Ekonomija

Sport