Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, fil-Parlament iddikjara li l-vot għall-akkomodazzjoni soċjali għas-sena li ġejja hu ta’ €55 miljun. Qal li kelliem tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista iddikjara li sparixxejna il-lista ta’ stennija. Qal li “qalu li bil-lista ta’ stennija għamilna l-mirakli fis-sena 2018. Ngħidlu jien mirakli ma nagħmilx. Li ġara kien li daħħalna aktar flus u dawn investejnihom fl-akkomodazzjoni soċjali.”
Kompla jgħid li “llum rajna ammissjoni minn wieħed mill-membri tal-gvern għax qegħdin inkabbru l-ekonomija. Immaġinaw bħal fi żmienhom l-ekonomija staġnata u bil-qgħad.”
Il-Ministru Galdes kompla jgħid li l-ħidma li saret mill-Ministeru u mill-Awtorità tad-Djar tidher sew. Qal li “fejn jidħlu l-istair lifts għamilna rekord. Installajna 500 wieħed. Fix-sheltered housing ejjew l-Belt Valletta u wieħed jara x’għamilna. Araw kemm investejna biex nirranġaw djar tan-nies li kienu fi stat perikoluż”.
Qal ukoll li “llum għandna 18-il skema partikolari u llum għandna problema li ħafna nies ma jafux bihom. Se nkun jien l-ewwel wieħed li se nippromwovi dawn l-iskemi u dan biex noffri soluzzjonijiet bihom. U meta nifnormaw x’insibu? Xi rapport mill-Oppożizzjoni li jmorru għand il-Kummissarju tal-Istandards jirrappurtaw?”.
Tenna li “llum anke is-separazzjonijiet qegħdin jiżdiedu. Waħda mill-problema fil-listi ta’ stennija hi ta’ faqar relattiv jiġifieri ta’ problemi fil-familji, separazzjonijiet u każi ta’ vjolenza domestika.”
Qal li fuq il-liftijiet kien hemm min ried lift u jekk jiġrilu l-ħsara irid li ma jikkontribwixxix għal dan. Zal li kien hemm min tefa’ ilma fejn il-lift u jippretendu li wara għaxar snin dan jibqa’ l-istess. Kien hemm min għamle ħsara għax tellgħu ġebel fil-lift.
Kompla jgħid li “l-welfare state qiegħed hemm biex nużawh għal meta niġu bżonnu mhux biex nibqgħu niddependu minnu mit-twelid sal-mewt. L-abbużi imma mhuma tajbin għal ħadd”.
“Allegazzjoni serja u kriminali….jew jissostanzja jew jirtiraha”
Waqt li kienet għaddejja id-diskussjoni fil-Parlament qamet kwistjoni fl-intervent li kien qed isir mid-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi. Dikjarazzjoni li għamel Azzopardi mill-ewwel wasslet biex intervejena il-Ministru Galdes u talbu jissostanzja jew jirtira dak li qed jgħid.
Id-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi beda jallega fil-Parlament li ingħataw appartamenti għal voti. Kien hawn li intervjena mill-ewwel il-Ministru Galdes u talbu jissostanzja dak li qed jgħid għax dik hi akkuża kriminali.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li se jkompli jissostanzja darba oħra fl-Aġġornament. L-Ispeaker David Agius talbu jgħid meta se jagħmel dan u hawn hu semma’ l-appartamenti li ngħataw fis-Siġġiewi.
Il-Ministru Galdes reġa’ intervjena u qallu jispeċifika jekk hux qed jirreferi għall-każ tas-Siġġiewi jew xi każ ieħor.
Id-Deputat Nazzjonalista hawn wieġeb li qed jirreferi għal każ fijn persuni ingħataw appartamenti tal-housing fis-Siġġiewi u bidlu l-karta tal-Identità fis-Siġġiewi biex ikunu jistgħu jivvutaw fuq dik il-lokalità.