Friday, May 3, 2024

“Nassigurawk ħabib li kull rappreżentazzjoni ħa tkun għalik”

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu għadha kif tħabbret il-mewt tal-kantant magħruf u attur Jesmond Tedesco Triccas fl-età ta’ 59 sena.

Triccas kellu għal qalbu l-mużika u t-teatru u matul il-karriera tiegħu interpreta bosta karattri b’wieħed mill-aktar magħrufa għalih kien il-musical Scrooge. Ħafna jiftakruh mid-diska popolari Hotel California.

F’dawn l-aħħar ġimgħat huwa kien qed jaħdem fuq produzzjoni ġdida flimkien ma’ Hermann Bonaci. Bonaci qal kif kellu x-xorti jqatta’ dawn l-aħħar ġimgħat fil-kumpanija ta’ Triccas waqt li kienu qed jaħdmu f’din il-produzzjoni li ser tittella’ fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa ddeskrieva lil Triccas bħala bniedem li baqa’ jħobb l-arti sal-aħħar mumenti ta’ ħajtu u kemm kien jinsab kuntent li kellu rwol fil-produzzjoni ta’ Żeża tal-Flagship. 

Il-Ministru Owen Bonnici wkoll ħalla post fuq il-midja soċjali fejn qal li s-settur artistiku tilef ħafna bit-telfa tiegħu filwaqt li hu tilef bniedem li minnu ra biss ġid u pariri mill-iktar tajbin u meqjusa.  

“Għadni niftakar l-aħħar darba li ltqajna xi ftit tax-xhur ilu fid-dar tiegħu kemm kien kuntent bil-festival Mużika Mużika 2022, li fih kien ukoll membru tal-ġurija” kiteb il-Ministru Bonnici.

Intant ħafna taw il-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb ta’ Triccas filwaqt li sellmu l-memorja tiegħu.

Sport