Monday, April 22, 2024

Se titwaqqaf kumpanija biex tmexxi lill-club ta’ Valletta

Aqra wkoll

Fil-laqgħa straordinarja tat-Tlieta ġie deċiż li l-club ta’ Valletta isir kumpanija bl-isem ta’ ‘Valletta FC Holdings Ltd.’

Hija se tkun iffurmata minn grupp ta’ negozjanti mmexxi mill-ex president, Victor Sciriha.

Barra minn hekk, Alexander Fenech, li f’Mejju li għadda ssottometta r-riżenja tiegħu minn president, issa reġa’ qed jassumi din il-kariga minbarra li jifforma parti minn dan il-konsorzju.

Tħabbar ukoll li Paul Spiteri, li kien aġent president għal dawn l-aħħar tliet xhur, ta r-riżenja tiegħu mill-kumitat wara servizz ta’ 42 sena.

Sport