Monday, March 17, 2025

Nathan Cross … talent żagħżugħ b’futur mill-isbaħ fil-futbol

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet ta’ etá żgħira meta l-ġenituri tiegħi ddeċidew li jibdew jeħduni gġat-taħriġ u minn dakinhar l-imħabba tiegħi lejn il- futbol baqgħet tikber.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Birkirkara FC.

L-esperjenza tiegħi ma’ Birkirkara FC nista’ ngħid li hi waħda pożittiva ħafna għax dejjem sibt min ikompli jimbutani kemm kowċis u kemm plejers sabiex insir aħjar kemm bħala żagħżugħ kif ukoll bhala plejer biex nasal fejn nixtieq, kif ukoll dejjem tawni l-opportunitá biex nilgħab għal dan il- klabb.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

It-tragwardi tagħna għal dan l-istaġun huma li nibqgħu nikkompetu għar-rebħ tal-kampjonat u t-Trophy li għadna fiċ-ċans biex nirbħuhom it-tnejn li huma imma baqa’ triq twila x’naqdfu, imma qegħdin fit-triq it-tajba.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Naħseb li l-livell tal-futbol f’Malta qed jogħla kemm fiż-żgħażagħ u kemm fil- plejers barranin li qed jiġu biex jilagħbu Malta li għalkemm jaf tkun iżjed iebsa biex issib postok li tittrenja magħhon kuljum tkun ta’ benefiċċju li titjieb u tieħu pariri mingħandhom.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Nemmen li rigawrd grawnds fejn nittrenjaw u ġieli nilagħbu jistgħu jkunu daqsxejn aħjar, imma xorta waħda l-livell tal-logħob qed ikun wieħed għoli u intensiv.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-futur tiegħi fil-futbol nixtieq ikun li nasal f’punt li nirrapreżenta lil pajjiżna mat-tim nazzjonali Malti tal-kbar li naħseb ikun unur kbir li nilbes il-flokk tan- Nazzjonal u tilgħab kontra plejers kbar ta’ livell għoli barra minn Malta.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Messaġġ li dejjem żammejtu f’moħħi hu li biex tasal fil-futbol li trid tkun tridu biżżejjed biex mentalment tibqa’ għaddej u titjieb biex tilħaq il-livel li hemm bżonn, u kuljum ikun hemm x’titgħallem!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport