Wednesday, December 25, 2024

Naxxar Lions jaħsdu lil Birkirkara

Aqra wkoll

Naxxar Lions ….2

Birkirkara ………0

B’wirja mill-aqwa, Naxxar Lions, ħasdu lil Birkirkara meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima … bil-Karkariżi jiddiżappuntaw bil-kbir hekk kif sofrew it-tieni telfa konsekuttiva.

Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel periklu, meta fis-sitt minuta free-kick ta’ Neil Pace Cocks għadda ftit barra.

Fl-20 minuta, Pablo Augusto De Carvalho avvanza fil-kaxxa iżda x-xutt fil-baxx tiegħu salvat mill-goalkeeper, Marcel Zapytwosky.

Fit-34 minuta, l-Istripes kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta t-tentattiv ta’ Alex Satariano stampa mal- wieqfa.

Fit-42 minuta, huma reġ­għu ħolqu l-periklu permezz ta’ free-kick mid-distanza ta’ Simon Zibo, li ntemm ftit għoli

Żewġ minuti biss wara, Yannick Yankam, naqas milli jagħmel kuntatt mal-ballun minn cross mil-lemin, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar Lions, ħarġu ferm aggresivi u ta’ dan ġew ippremjati meta fis-57 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ xutt kanunata ta’ EDSON CERQUEIRA FARIAS li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Zapytowski jsalva.

Birkirkara wieġbu fit-63 minuta u kellhom ferħa bla temma meta Alex Sata­riano kellu x-xutt  jintemm fix-xib­ka, iżda r-referee, Malcolm Spiteri,  iġġudika li l-istess player kien f’pożizzjoni ta’ offside.

Huma komplew ifitxxu l-goal tad-draw u seba’ minuti wara, Enmy Beltre għadda tajjeb lejn Maxuell Maia li x-xutt tiegħu ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Matthias Debono, li dawwar f’corner.

Iżda, fl-74 minuta, kienu Naxxar li resqu viċin li jirdoppjaw iżda x-xutt ta’ Marcilo ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka

Birkirkara wieġbu, fit-78 minuta, b’semi-rovexxjata ta’ Maxuell Maia minn taħt il-lasta li iżda ntemmet barra.

Peró, fil-85 minuta, in- Naxxarin issiġillaw ir-rebħa b’xutt qawwi ta’ WILIAM MOREIRA DA SILVA bil- ballun jintemm fir-rokna tax- xibka.

NAXXAR L .: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef (17-Takuma Yamaguchi 46), 5-Fernando Barbosa Pereira, 8-Neil Pace Cocks, 9-Augusto Servo De Carvalho, 10-Edson Cerqueira Farias, 15-Ryan Gilmour Cassar, 20-Elizeu da Conceicao (4-Ryan Mercieca 91), 22-Wiliam da Silva (11-Daren Falzon 87), 23-Maicon De Souza, 33-Joao Vitor Cardoso   – Coach: George Vella

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 3-Daniel Mariani, 4-Jovan Pajovic, 7-Adailton Queiros Da Silva (91-Maxuell Maia 54), 8-Yannick Yankam (99-Andrei Ciolacu 54), 10-Paul Mbong (21-Manuel De Filippis 86), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Enmy Manuel Pena Beltre (6-Marko Durisic 76), 25-Neil Micallef (23-Nicholas James Agius 76), 42-Simon Zibo   – Coach: Giovanni Tedesco

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Thomas Debono

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: E. Cerqueira Fa­rias, W. Moreira Da Silva (NL)

AMMONITI: F. Barbosa Pereira (NL); N. Micallef, S. Zibo, M. Durisic (B)

Ekonomija

Sport