Saturday, December 21, 2024

Nazzjonijiet Uniti għall-Yachting Malta Coastal Race

Aqra wkoll

Il-Yachting Malta Coastal Race bdiet fl-10:00 am nhar l-Erbgħa 20 ta’ Ottubru, 42 tim jirrappreżentaw 17-il pajjiż ħadu sehem. L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa tar-Royal Malta Yacht Club, Peter Dimech, bagħat lill-kompetituri fuq korsa ta’madwar 30 mil nawtiku lejn Kemmuna. It-Tiġrija Kostali hija l-preludju tradizzjonali għar-Rolex Middle Sea Race, li tibda nhar is-Sibt 23 ta’ Ottubru.

It-tellieqa bdietmill-Port ta’ Marsamxett fejn il-flotta internazzjonali daret mal-Fairway Buoy, barra mill-Port il-Kbir tal-Belt Valletta. Wara li tellgħu l-ispinnakers, il-jottijiet kienu veduta mill-isbaħ meta għaddew lejn Tas-Sliema u l-Gżejjer ta’ San Pawl. Min hemm marru Kemmuna, bil-jottijiet jduwru mal-gżira. Il-flotta mbagħad daret sabiex tieħu rotta lejn Marsamxett fejn kella tispiċċa t-tellieqa.  

Line Honours marru għall-jott Ker 46 ta’Frederic Puzin, Daguet 3 – Corum. Puzin u l-ekwipaġġ Franċiż tiegħu huma familjari mar-Rolex Middle Sea Race, wara li ġew it-tieni fil-klassi fl-2019. Madankollu, din hija dgħajsa ġdida għal Puzin, li ġej minn Marsilja, fin-Nofsinhar ta’ Franza. Daguet 3 -Corum kien biss ftit minuti qabel il-jott Sviżżeru Farr 52 Chocolate 3 ta’ Francois Bopp, bl-Isvediż J / 111 Blur ta’ Peter Gustafsson, tispiċċa t-tielet dgħajsa li spiċċat.

Il-jott First 45 Elusive 2 ta’ Christoph, Aaron u Maya Podesta, rebbieħ taż-żewġ Rolex Middle Sea Races li għaddew, kienet ir-raba’ dgħajsa li spiċċat u l-ewwel dgħajsa Maltija. B’kollox kienu sitt dgħajjes minn Malta li ħadu sehem,  inklużi Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin, Xpresso ta’ Sean Borg, Calypso ta’ Sebastian Ripard, u z-zewġ jottijiet tal-Jarhead Young Sailors Foundation J / 109s, JYS Jan u JYS Jarhead.

Għal riżultati sħaħ mill-Yachting Malta Coastal Race wieħed jista jżur is-sit elettroniku  www.rolexmiddlesearace.com

Imnedija fl-2015, Yachting Malta hija sħubija bejn il-Gvern ta’Malta u r-Royal Malta Yacht Club. Ir-rwol primarju tal-organizzazzjoni huwa li tidentifika u tattira avvenimenti tal-ibburdjar, ta’profil għoli,  lejn il-Gżejjer Maltin. Yachting Malta appoġġat il-Coastal Race għal dawn l-aħħar tliet snin u dan l-aħħar ikkonfermat il-kontinwazzjoni tas-sħubija għal tlieta oħra. L-għoti tal-premijiet tal-Yachting Malta Coastal Race se jsir waqt ikla privata li se ssir f’Xara Lodge il-Ħamis filgħaxija.

It-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race se tibda mill-Grand Harbour Valetta nhar is-Sibt 23 ta’ Ottubru.

Ekonomija

Sport