Negozjatni tal-karozza second hand tressqu l-Qorti fejn ġew akkużati bi tbagħbis tal-arloġġ tal-kilometraġġ. L-akkużati huma s-sidien ta’ Alexander Auto Dealer u Rokku Auto Dealer fejn ġew akkużati fost l-oħrajn fuq allegat tbagħbis ta’ 400 karozza kollha mpurtati mill-Ġappun.
Alexander Spiteri ta’ 48 sena mill-Mellieha, Roderick Vella, ta’ 46 sena, Alison Vella ta’ 47 sena t-Tnejn minn Ħaż Żabbar tressaq il-Qprto quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello. Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi kif ukoll għal akkużi ta’ frodi u ta’ ħasil ta’ flus.
Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni biex jiġu ffriżati l-assi kollha tal-akkużati. Waqt il-ftuħ tas-seduka l-Maġistrat qrat nota li rċiviet mill-Avukat Ġenerali fejn informaw lill-Qorti li huma kienu għadhom ma rċivewx il-file tal-inkjesta.
L-ewwel xhur kien Pierre Montebello Chief Offier minn Land Transport. Hu xehed li kien hemm whistleblower intern li talab biex jitkellem mal-Unit tas-Sewqan, u Liċenzji tal-Vetturi, fejn dan informa lill-uffiċjal li kien hemm vetturi li kienu qegħdin jinstabu biċ-ċertifikat JEVIC imbgħabas. Hu qal li dan seħħ f’Mejju tas-sena li għaddiet.
Meta wettaq investigazzjoni interna x-xhud qal li hu kien tkellem maċ-Ċermen u anke mal-Kap Eżekuttiv b’dak li kien sab. Hu qal li dam għaddej b’din l-investigazzjoni madwar għaxart ijiem.
Meta kien mistoqsi mill-avukat difensur Franco Debono jekk waqt din l-investigazzjoni kienx hemm importaturi oħrajn, ix-xhud wieġeb fin-negattiv u qal li kienu dawn iż-żewġ importaturi biss.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa minn Marthese Grech filwaqt li Etienne Savona qed jidher għall-Avukat Ġenerali. Huma kienu assistiti mill-Ispettur James Grech
L-avukati Jason Azzopardi u Franco Debono qed jiddefendu lil akkużati.