Saturday, May 18, 2024

UNL tan-Nisa: Malta tittama li testendi l-mixja pożittiva

Aqra wkoll

Hekk kif il-Ġimgħa t-team nazzjonali tan-Nisa jiffaċċja lil Andorra liema partita hija valia mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Nations League, il-kowċ Manuela Tesse ddeskriviet il-partita bħala waħda iebsa speċjalment għaliex Malta se terġa’ tiffaċċja lil Andorra nhar it-Tlieta barra minn darna.

Malta bħalissa tinsab fl-ewwel post tal-grupp b’sitt punti minn żewġ logħbiet. Tesse tittama li l-plejers ikunu jistgħu jiddettaw il-logħob għada, billi jirrepetu l-prestazzjoni pożittiva u r-riżultat tal-aħħar ħarġa tagħhom.

Tesse diġà affettwat ftit bidliet fis-sejħa ta’ din it-tieqa, peressli temmen li tagħti opportunitajiet fit-tim nazzjonali lill-plejers li bħalissa qed ikollhom staġun tajjeb fil-kampjonat domestiku. Bit-tim nazzjonali jivvjaġġa lejn Andorra nhar is-Sibt, hija ma teskludi l-ebda tibdil meħtieġ li t-tim jista’ jkollu jagħmel bi tħejjija għall-partita barra minn darna.

Hekk kif Maltagħada jiffaċċjaw lil Andorra fis-Centenary Stadium, Tesse tenniet l-importanza li nilagħbu ġewwa darna quddiem numru sabiħ ta’ spettaturi li jgħinu biex jagħtu spinta u jimmotivaw lill-plejers.

Malta se tiffaċċja lill-Andorra nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Ottubru (kick-off 8.00pm) fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

Sport