Monday, May 12, 2025

Neħtieġu Papa li ma jibżax jitkellem u mhux amministratur 

- membru tal-kleru anzjan

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Mhux se kun prużuntuż li nitkellem jien fuq x’naħseb fuqu. Għadu jibda. Li nista’ ngħidlek hu x’għandha bżonn id-dinja, mhux il-Knisja Kattolika, id-dinja llum. Qed ngħidu f’dinja li inqalbet ta’ taħt fuq. Kollox ġie bil-kontra. It-tajjeb sar ħażin u l-ħażin sar tajjeb. Hekk saret din id-dinja. Kunflitti. Gwerrer. Dawk li dejjem kienu flimkien alleati, issa qegħdin jinfirdu. Lanqas taqbad art. Il-Knisja Kattolika llum għandha bżonn persuna li ma jibżax jitkellem.

Li jgħid l-affarijiet kif inhuma. Li hu żgur, li d-dinja llum m’għandhiex bżonn amministatur papali. Trid raġel, fi kliem it-tagħlim Kattoliku ‘ragħaj’, li ma jibżax jitkellem u dak li hu iswed jgħidlu iswed. Dan hemm bżonn. Ħafna aktar minn qatt qabel. Dan biex is-soċjetà ma tibgħax tegħreq fil-ħama li qiegħda tegħreq fiha. Oħroġ hemm barra u ara l-familji llum f’liema stat qegħdin”.

Dan kien il-kumment li għaddielna membru tal-kleru anzjan, metą staqsejnieh jipprevedi x’direzzjoni se jkun qiegħed jieħdu Papa Ljun XIV. “Lili m’hemmx għalfejn issemmini. Se ngħidlek x’inħoss jien li hemm bżonn għal din id-dinja llum. Qiegħed ngħidlek dan minħabba dak li niltaqa’ miegħu.  Illum m’għadux iż-żmien li wieħed jibqa’ artab. Hemm bżonn azzjonijiet. Fittixt ħafna f’dawn il-jiem fuq il-messaġġi li għamel. Ħafna fittixt u għandi tama. 

Nista’ ngħidlek li  kien ikkritika pubblikament lill-midja għal dawk li huma:attakki fuq id-dinjità tal-bniedem. Hu kien anke tkellem kontra ideoloġiji li jnaqqsu l-persuna għal oġġett li jintrema wara l-użu. Kellu esperejnza missjunarja u għex mar-refuġjati.”

“Nistennew u naraw. Dan hu biss il-bidu tiegħu. Irridu nibqgħu nsegwu u nosservaw. Ma naħsibx li dan hu l-mument ġust biex wieħed jiġġudika. Nistennew…nistennew” qalilna l-membru tal-kleru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport