Monday, September 23, 2024

Neil Agius jikser id-distanza tar-rekord dinji tiegħu stess billi jgħum madwar 140km

Aqra wkoll


L-għawwiem tal-endurance u attivist tal-ibħra nodfa Neil Agius kiser id-distanza tar-rekord dinji tiegħu stess billi għam madwar 140km.

L-atleta laħaq it-tragward tar-rekord wara madwar 60 siegħa fl-ilma nhar it-Tnejn
filgħaxija ġewwa Għar Lapsi, fejn b’hekk qabeż ir-rekord ta’ 125.7 km li waqqaf fl-2021.

Agius beda l-vjaġġ tiegħu s-Sibt filgħodu fil-Bajja tal-Mellieħa, akkumpanjat minn tim ta’ partitarji, u minn dakinhar baqa’ jgħum kontinwament.

Sabiex l-għawma setgħet titqies kompluta, Agius ried iħalli l-baħar mill-art, mhux bid-dgħajsa.

Fost dawk li awguraw lil Neil Agius fi tmiem dan it-tragward uniku, kien hem il-Prim Ministru Robert Abela permezz ta’ post fuq facebook.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport