Wednesday, October 9, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Bormla

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4.20pm kien involut f’inċident tat-traffiku Triq Santa Tereża, Bormla.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Xingyue misjuq minn raġel ta’ 56 sena, residenti Bormla u Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 30 sena u residenti Ħaż-Żabbar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport