Tuesday, April 30, 2024

Nemanja Matic mistenni jingħaqad ma’ Juventus bi free transfer

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Manchester United, Nemanja Matic, mistenni jingħaqad ma’ Juventus bi free transfer dan is-sajf.

Il-player ta’ 33 sena żvela li se jkun qed iħalli lir-Red Devils wara ħames snin mal-club meta jiskadielu l-kuntratt f’Ġunju.

Matic issa qed jersaq dejjem iktar qrib Juventus, bit-team Taljan se jagħti lill-midfielder bonus ta’ dħul ta’ £10m.

L-internazzjonali Serb se jaqla’ paga fil-ġimgħa ta’ £90,000, filwaqt li t-tul tal-kuntratt propost tiegħu għadu mhux magħruf.

Minkejja l-ispekulazzjoni li torbot lil Matic ma’ rijunjoni ma’ Jose Mourinho ma’ Roma, il-midfielder huwa lest li jmur jilgħab Turin, fejn qed jippjana li jtemm il-karriera tiegħu.

Matic għamel total ta’ 32 dehra għal Manchester United fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun, inklużi 16-il partita mill-bidu fil-Premier League.

Sport