Friday, April 26, 2024

Nemanja Matic se jitlaq lil Roma

Aqra wkoll

L-eks plejer ta’ Manchester United Nemanja Matic jinsab pass bogħod milli jitlaq lil Roma u jingħaqad ma’ Rennes. Dan tal-aħħar għandu 35 sena u ngħaqad mal-Giallorossi matul l-istaġun li għadda fejn lagħab 35 logħba u skorja żewġ gowls.

Matic ma jidhirx li jinsab fil-pjanijiet tal-kowċ Jose Mourinho u għalhekk ipprefera jfittex destinazzjoni oħra.

Fil-fatt f’moħħ l-istess Mourinho hemm Leandro Paredes li jinsab favorit li jingħaqad mat-tim mill-belt kapitali Taljan sabiex isaħħaħ nofs il-grawnd.

Sport