Saturday, December 21, 2024

“Nemmen li int kont dejjem miegħi sakemm erġajt ftaħt għajnejja”

Aqra wkoll

Issellem il-memorja ta’ Ismael Grima wara ġimgħat tingħata l-kura

“Għadni ma nistax nemmen xi ġralna, nemmen biss li int kont dejjem miegħi sakemm erġajt ftaħt għajnejja.” Hekk kitbet it-tfajla li ftit tal-ġimgħat ilu kienet involuta f’inċident traġiku f’Ħal Luqa.

It-tfajla, fakkret il-mumenti sbieħ tagħha flimkien ma’ Ismael Grima b’mod speċjali r-ritratt li kienu jieħdu flimkien. Hija tispjega li anke jekk hi kienet dejjem tilmenta li ma kinitx tiġi sew, hu kien jieħu pjaċir iżomm rikordju u fl-istess ħin jieħu biċ-ċajt dawk il-mumenti li issa huma biss memorji.

Kien proprju fl-aħħar jiem ta’ Novembru li t-tfajla ta’ 19-il sena ħarġet mit-Taqsima tal-Kura Intensiva, liema aħbar wasslet għal għadd kbir ta’ messaġġi ta’ kuraġġ u fejqan.

Ekonomija

Sport