“Rajt il-kummenti tan-nies u rrid ngħid dan biss. Intom li qed issegwu qegħdin taraw biss siltiet qosra, imma jien f’għajnejja qed nara lil xi ħadd li nħobb, xi ħadd li qed jagħmel l-almu tiegħu meta jkun taħt pressjoni li ħafna minna ma nistgħux nagħmlu. Michela hija kuraġġuża ħafna”
Dan kien il-messaġġ li wasslet Deandra Mallia, li għandha lil oħtha Michela, li bħalissa qed tieħu sehem fit-tielet staġun ta’ Love Island Malta. Fakkret lil kulħadd li dan huwa reality show u li minkejja dan, hija l-ħajja reali għan-nies li qegħdin jgħixu hemm bħalissa.
Irrimarkat li Michela hija persuna ta’ qalb tajba u qalet kif personalment ma’ jixirqiliex il-kritika, anzi ta’ min ifaħħarha għal passi li qiegħda tieħu. Enfasizzat li tinsab kburija ħafna b’oħtha Michela. Tenniet billi qalet li temmen li l-konnessjoni ta’ Michela u Cruyff hija reali u li hija għal dik ir-raġuni li qed tħoss dawn ir-raġunijiet kollha.