Friday, September 19, 2025

“Nemmen li teżisti tbatija ‘burokratika’ fil-konfront ta’ persuni li għaddejjin minn kanċer”

- id-Deputata Laburista Amanda Spiteri Grech

Aqra wkoll

“Bħala Deputata Laburista nemmen li teżisti tbatija ‘burokratika’ fil-konfront ta’ persuni li għaddejjin minn kanċer u filwaqt li jkunu għaddew diversi snin mit-tmiem tat-trattament b’suċċess,  dawn in-nies xorta għadhom jitqiesu bħala riskju f’għajnejn istituzzjonijiet finanzjarji fost oħrajn”.

Dan iddikjaratu d-Deputata Laburista Amanda Spiteri Grech f’diskors li għamlet waqt il-ħin tal-aġġornament fil-Parlament ta’ nhar l-Erbgħa li għadda. 

Spiteri Grech irrimarkat li persuni li jkunu fiequ mill-kanċer, jibqgħu jħabbtu wiċċhom ma’ għadd ta’ ostakli burokratiċi.  Qalet li għalhekk inħass il-bżonn li permezz ta’ intervent leġislattiv, persuni li kellom il-kanċer ma jibqgħux jiġu ttimbrati tul ħajjithom kollha. 

Spiteri Grech saħqet; “Illum-il ġurnata, ħafna nies li għelbu l-kanċer, anke jekk għaddew ħafna snin mid-dijanjosi tagħhom u kellhom suċċess bit-trattament tagħhom, jibqgħu jiġu kkunsidrati bħala riskju għoli minn istituzzjonijiet finanzjarji”.

Żiedet tgħid li “aġenziji tal-assigurazzjoni spiss jitolbu dokumentazzjoni medika dettaljata, u mnħabba f’hekk jiżdied drastikament il-premium jew inkella l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda kompletament.”

“Min-naħa l-oħra, fil-qasam tax-xogħol, uħud ikunu obbligati jiżvelaw l-istorja medika tagħhom anke jekk ikunu għaddew diversi snin u anke jekk dawn għandhom il-kapaċità fiżika u mentali sħiħa biex iwettqu xogħolhom. Dan iħalli impatt mhux biss fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom iżda jillimita l-opportunitajiet finanzjarji u professjonali tagħhom.”

Id-Deputata Laburista Spiteri Grech temmet tgħid; “wasal iż-żmien li niddiskutu din it-tema bis-serjetà u naraw kif flimkien nistgħu nwittu t-triq għal miżuri aktar ġusti fil-konfront ta’ dawk il-persuni milquta”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport