Iċ-champions tal-Premier League, Neptunes WPSC, qed idawru l-attenzjoni tagħhom lejn ix-xena Ewropea, hekk kif l-iskwadra se tkun qed tivvjaġġa lejn Maribor, fis-Slovenja, biex tieħu sehem fil-European Aquatics Challenger Cup – Grupp C.
Il-klabb qed jistieden lill-partitarji kollha tiegħu biex juru appoġġ lit-tim, hekk kif dan qed jipprepara biex jirrappreżenta lil Neptunes fix-xena Ewropea.




