Monday, December 23, 2024

“Nesiġu li titqajjem kuxjenza dwar traġedji simili għal ta’ Nicholas Camilleri”

Happy Parenting – Malta

Aqra wkoll

Happy Parenting – Malta (For Happier Children) iddikjaraw li Nicholas Camilleri, ir-raġel li nstab mejjet, kien itenni li kien vittma tal-vjolenza domestika u ħabbru li nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju, fis-7:00 p.m., se ssir velja b’turija ta’ rispett lejn il-ħajja ta’ Nicholas quddiem il-qorti fil-Belt Valletta.

Min-naħa tagħhom, il-Happy Parenting Malta sostnew li s-sistema legali Maltija ma tgħinx lil nies bħalu. Qalu wkoll li, “issa huwa tard wisq biex tinstema’ l-karba ta’ Nicholas. B’mod jew ieħor, aħna lkoll responsabbli għal din il-ġrajja traġika. Din il-mewta setgħet tiġi evitata. Wasal iż-żmien li nieqfu ngħidu li r-raġel dejjem ikun dak li jwettaq il-vjolenza domestika,” sostniet l-istess għaqda.

Huma enfasizzaw li għandna nibdew nammettu li r-raġel jista’ jkun il-vittma. Bħala għaqda voluntarja li taħdem ma’ nies li jsofru u li jinsabu fi kriżi minħabba l-vjolenza kontra il-familja, il-Happy Parenting – Malta jħarsu lejn dan il-każ, u każijiet simili, b’serjetà kbira, u tesiġi li titqajjem kuxjenza dwar din il-pjaga.

Intant, fl-aħħar sigħat kompliet tinxtered l-aħħar dikjarazzjoni li Nicholas Camilleri għamel ftit sigħat qabel ma ġie rrappurtat nieqes. Camilleri f’dik li qed tkun maħsuba li kienet l-aħħar kitba fuq il-profil tiegħu spjega dwar sitwazzjonijiet personali li kienu qegħdin itaqqlulu l-ħsibijiet tiegħu. Fl-ewwel kummenti li segwew din id-dikjarazzjoni kien hemm dawk li appellawlu biex iżomm il-kalma u li esprimew il-bżonn li huwa jfittex l-għajnuna, anke minħabba l-aħħar kliem tiegħu “Inselli għalikom, Nicholas”.

Ekonomija

Sport