Tuesday, December 24, 2024

Nespresso Malta b’appoġġ għal DAR Bjorn

Aqra wkoll

Iż-żewġ residenzi DAR Bjorn, f’Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi, għażlu Nespresso għall-kafetteriji tagħhom.

Nespresso qiegħda tappoġġja ż-żewġ residenzi b’magni tal-kafè Nespresso, aċċessorji u pods tal-kafè biex ir-residenti u min iżurhom jiġu offruti biss l-aqwa kafè.

Kelliem għal Nespresso Malta qal: “Aħna kburin nappoġġjaw lil DAR Bjorn fil-ħidma eċċellenti li qegħdin jaqdu u nittamaw li dan il-ġest żgħir jgħinhom biex jaqdu mill-aħjar il-missjoni tagħhom.”

Ir-residenza DAR Bjorn f’Ħal Qormi ġiet miftuħa mill-Fondazzjoni ALS Malta f’Novembru tal-2017. L-għanijiet tal-Fondazzjoni ALS Malta huma li tqajjem kuxjenza fuq ALS u MND, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti u tinvesti f’riċerka biex tinsab fejqan mill-ALS.

Fl-2018, ALS Malta estendiet is-servizzi tagħha għal persuni b’MS, Huntingtons u
kundizzjonijiet oħra newroloġiċi u bħalissa qiegħda tispiċċa x-xogħol fuq DAR Bjorn ġdida u akbar f’Ħaż-Żebbuġ.

Ekonomija

Sport