Saturday, November 16, 2024

Nestlé tirrinova ċ-Ċentru tal-Konsumatur f’Ħal Lija

Aqra wkoll

Iċ-Ċentru tal-Konsumatur ta’ Nestlé f’Ħal Lija, għadu kemm ġie rinnovat
sabiex ikompli jilqa’ u jagħti servizz lill-membri ta’ Nestlé Collect u l-
komunitá lokali. Il-kumpanija qed tħeġġeġ lill-klijenti kollha tagħha
sabiex iżuru ċ-Ċentru tal-Konsumatur bl-għan li jesperjenzaw u jkomplu
jsiru jafu aktar dwar il-prodotti Nestlé.

“Grazzi għax-xogħol il-ġdid li sar f’dan il-post, it-tim tagħna fiċ-Ċentru
tal-Konsumatur jista’ jkompli joffri servizz professjonali lill-klijenti
kollha tiegħu. Dan iċ-ċentru huwa meqjus bħala l-post speċifiku fejn
Nestlé u l-klijenti tagħna jiltaqgħu flimkien. Grazzi għat-tiġdid li sar
f’dan il-post, il-mira tagħna bħala kumpanija hi li nkomplu niltaqgħu
fiżikament mal-konsumaturi leali tagħna, u fl-istess waqt nistiednuhom
sabiex jiffurmaw parti mill-esperjenza li toffri Nestlé,” qalet il-
Consumer Centre & Digital Specialist f’Nestlé, Marie-Clare Church.

L-iskop taċ-Ċentru tal-Konsumatur huwa li jilqa’ dawk il-klijenti li jkunu
interessati jiksbu informazzjoni diretta, kif ukoll li jkunu interessati
sabiex jesperjenzaw il-prodotti tal-marka Nestlé. Bħala kumpanija, Nestlé
tqis is-servizz u l-assistenza li qed jiġu offruti f’dan iċ-Ċentru, bħala
mezz mill-aktar effettiv biex wieħed ikun jista’ jifhem aħjar l-ħtiġijiet tal-
konsumatur, filwaqt li tkompli tinbena relazzjoni mal-klijenti tagħha.

Ir-rinnovament taċ-Ċentru tal-Konsumatur f’Ħal Lija, ikompli
jikkonferma l-prijorità tal-kumpanija li ssaħħaħ s-sinifikat ta’ din il-binja.
Dan iċ-Ċentru se jkun qed jilqa’ ukoll bosta avvenimenti u sessjonijiet
informattivi, bl-għan li jkunu esposti l-prodotti esklussivi li huma
rappreżentanti f’Malta minn Nestlé.

L-għan ewlieni ta’ Nestlé hu li tkompli tgħolli l-kwalità tal-ħajja tal-
konsumaturi tagħha. Permezz tax-xogħol li sar f’dan iċ-Ċentru, il-
kumpanija qed tħares li żżid u tiffaċilitá l-kuntatt u r-relazzjoni li jistenna
li jkollu kwalunkwé klijent. Nestlé temmen li l-uniku impenn lejn il-
klijenti tagħha hu dak li tipprovdi l-aħjar u l-aktar servizz effiċjenti. Fl-
istess waqt, Nestlé tisħaq fuq il-ħtieġa li l-klijenti jridu jkunu mgħejjuna u
mħeġġa sabiex ikomplu jibnu u jżommu l-fiduċja tagħhom fil-prodotti
ewlenin tagħha.

Ekonomija

Sport