Saturday, December 21, 2024

Neville Ciantar se jikkompeti fl-Off-Road fil-Portugall

Aqra wkoll

Is-sewwieq tat-tlielaq Off-Road u membru tal-All-Wheel Drive Club Neville Ciantar  jinsab il-Portugall biex jikkompeti fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-avveniment Off-Road King Of Portugal li qed iseħħ bejn illum u l-Ħadd 17 ta‘ Ottubru.

L-avveniment beda jiġi organizzat fl-2013 u huwa wieħed mill-ikbar u l-aktar diffiċli mit-tiġrijiet off-road globalment, avveniment li qed jikber kull sena. Il-parteċipanti jiġu sfidati biex jgħaddu minn ċirkwiti differenti, ċertu numru ta’ drabi, skont il-klassi li jkunu qed jikkompetu fiha, fl-iqsar żmien possibbli.

It-tellieqa hija test enormi għall-vetturi, test tal-magni, test tat-tajers, test tat-trasmissjonijiet, test tas-sewwieqa, test tad-destrezza, veloċità, kalkolu u intelliġenza.

Ciantar għandu ‘esperjenza f’din it-tellieqa, wara li kkompeta darbtejn, u t-tielet darba kellu jirritorna lura d-dar mingħajr tiġrija. Fl-2017 spiċċa fil-ħames post, 2018, spiċċa fis-sitt post, u fl-2019 l-avveniment ġie kkanċellat minħabba nirien qawwija li ħakmu lir-reġjun.

Lee Ciantar ta’ 20 sena, iben Neville, huwa co-driver. Lee diġá rajnieh saq bħala co-driver fil-King of Hammers fl-Amerika fl-2019.

Ekonomija

Sport