Friday, May 3, 2024

Disa’ persuni rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 – persuna l-ITU

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 19-il każ ġdid u rkupraw 15-il persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 289.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li bħalissa hemm disa’ persuni u li minnhom hemm persuna li tinsab fit-Taqsima tal-kura intensiva.

It-total tal-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 459 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 846,671 doża tal-vaċċin li minnhom 28,733 huma booster dose.

Sport