Saturday, May 4, 2024

Neville Gafà mħarrek biex jidher fil-Qorti lejn l-aħħar tax-xahar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin l-eks impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Neville Gafà qal li Kmieni llum wara nofsinhar, permezz ta’ Avviż ta’ Kawża, ġie mħarrek mill-Pulizija biex nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru 2020, fil-11.00 a.m, jidher fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) Bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali.

Dan għall-fatt li se jkun qed jiġi akkużat li inġurja jew hedded lil ċertu Sebastiano Scavo, ġurnalist ta’ ċittadinanza Taljana, kif ukoll “persuni oħra”, b’riferenza għal “Alarm Phone”.

Huwa kompla biex jgħid li Nello Scavo, kif inhu magħruf l-Italja, huwa ġurnalist viċin ħafna tal-Vatikan u forċina għal “NGOS” Ewropej, partikolarment għal “Watch The Med”.

Sport