Sunday, December 22, 2024

New Zealand huma ċ-champions tad-Dinja tar-rugby tan-nisa

Aqra wkoll

Is-sensiela ta’ rebħ tat-team nazzjonali Ingliż tan-nisa tar-rugby,  ġiet fi tmiemha fl-aktar logħba importanti meta tilfu l-finali tat-Tazza ta-Dinja kontra New Zealand, b’dawn tal-aħħar iniżżlu isimhom fuq dan it-trofew għas-sitt darba.

Quddiem 44,000 spettatur, din il-finali kienet waħda drammatika hekk kif wara 18-il minuta, l-Ingilterra spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċiet  Lydia Thompson.

B’hekk din kienet il-ħames rebħa ta’ New Zealand fuq l-Ingliżi. Kienet try ta’ Ayesha Leti-I’iga disa’ minuti mit-tmiem li kienet kruċjali biex New Zealand rebħu bl-iskor ta’ 43-31.

Ir-Red Roses kellhom iċ-ċans li jirbħu bl-aħħar line-out – l-aktar arma qawwija tagħhom fit-tournament kollu – proprju fil-ħin miżjud iżda fallew it-tentattiv tagħhom.

Ekonomija

Sport