Friday, November 22, 2024

New Zealand se tipprojbixxi t-tipjip għal dawk li twieldu wara l-2008

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

New Zealand hija determinata li tilħaq mira nazzjonali li tnaqqas ir-rata nazzjonali tat-tipjip b’5% sal-2025, bil-għan li eventwalment jiġi eliminat għal kollox.

B’dan il-mod, fi sforz biex eventwalment is-sigaretti jkunu eliminati għal kollox, hija se tipprojbixxi l-bejgħ tat-tabakk lill-ġenerazzjoni futuri tagħha.

Dan ifisser li kull min twieled wara l-2008 mhux se jkun jista’ jixtri sigaretti jew prodotti tat-tabakk tul ħajtu, taħt liġi li mistennija tidħol fis-seħħ is-sena d-dieħla.

“Irridu niżguraw li ż-żgħażagħ qatt ma jibdew ipejpu,” qalet il-Ministru tas-Saħħa Dr Ayesha Verall.

Prof Janet Hook, mill-Università ta’ Otago qalet li tali miżura tgħin lin-nies jieqfu jew jaqilbu għal prodotti inqas ta’ ħsara, u b’hekk issir ferm inqas probabbli li ż-żgħażagħ isiru dipendenti fuq in-nikotina.

Bħalissa, madwar 13% tal-adulti New Zealand jpejpu, li juri tnaqqis mir-rata ta’ 18% ta’ madwar għaxar snin ilu.  Iżda r-rata hija ħafna ogħla – madwar 31% – fost il-popolazzjoni indiġena li wkoll għandha rata ogħla ta’ mard u mewt.

Sport