Saturday, November 23, 2024

New Zealand se tneħħi r-restrizzjonijiet kollha wara li ddikjarat li hija ħielsa mill-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

New Zealand iddikjarat li ma għandha l-ebda każ attiv ta’ Covid-19, bil-pajjiż mistenni jneħħi kważi r-restrizzjonijiet kollha li kienu imposti. 

Stqarrija maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa qal li l-aħħar każ attiv li kien fadal, mara minn Auckland, issa ilha ħielsa mis-sintomi għal 48 siegħa u hija meqjusa bħala rkuprata. 

Id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa Ashley Bloomfield spjegat li din il-mara issa setgħet toħroġ mill-iżolament. Fl-istess ħin, hija rrimarkat kif il-fatt li ma kellhom l-ebda każ attiv għall-ewwel darba minn Frar kien “pass sijinifikanti fil-vjaġġ tagħna.” 

New Zealand ma rrapporta l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 għal aktar minn ġimagħtejn, bil-miżuri ta’ distanza soċjali mhux se jkunu aktar meħtieġa f’dan il-pajjiż u mhux se jkun hemm aktar limiti għal ġemgħat fil-pubbliku. Madankollu l-fruntieri se jibqgħu magħluqa.

F’kummenti li tat lill-ġurnalisti, l-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern qalet li: “filwaqt li nisabu f’pożizzjoni aktar sigura u b’saħħitha, għad m’hemm l-ebda trid faċli lura għall-ħajja ta’ qabel il-Covid, iżda d-determinazzjoni u l-attenzjoni li kellna fuq ir-rispons tas-saħħa tagħna issa se jkunu vestiti fl-irkupru ekonomiku tagħna.”

Sport