Tuesday, March 18, 2025

Newcastle itennu li mhux se jneħħu lil Alexander Isak

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Newcastle United Eddie Howe u anke xi wħud mid-diriġenti fi ħdan il-klabb tennew ir-rieda tagħhom li jżommu lill-attakkant mill-Isvezja Alexander Isak. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u qed jissemma’ b’insistenza li jista’ jmur jilgħab ma’ Liverpool jew Arsenal.

Wara r-rebħa tal-Magpies kontra Liverpool fil-finali tal-League Cup fejn Isak skorja t-tieni gowl tat-tim tiegħu, il-kowċ Howe bl-ebda mod ma jrid li jneħħi lil dan il-plejer u appella lill-ogħla awtoritajiet biex ituh kuntratt ieħor attraenti sabiex jibqa’ magħhom għal iktar żmien.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport