Newcastle United ingħaqdu fit-tellieqa ma’ Manchester United biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Juventus, Adrien Rabiot, dan is-sajf.
Il-player ta’ 27 sena se jkun qed jidħol fl-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu f’Turin fil-ġimgħat li ġejjin, u b’riżultat ta’ dan, il-Franċiż qed jiġi marbut ma’ ċaqliq ‘il bogħod mis-Serie A.
Rabiot għamel 32 dehra fil-kampjonat għat-team immexxi minn Massimiliano Allegri matul l-istaġun2021-22, u rreġistra żewġ assists iżda naqas milli jsib ix-xibka.