Newcastle United xeħtu ħarsithom fuq l-ex coach ta’ Roma, Paulo Fonseca, u se jkollhom taħdidiet mal-manager Portugiż fl-24 siegħa li ġejjin.
Is-sidien il-ġodda tal-Magpies ħelsu lil Steve Bruce mid-dmirijiet tiegħu nhar l-Erbgħa u l-proċess biex jinstab is-suċċessur tiegħu diġà beda, b’Fonseca huwa kandidat ewlieni għaldin il-kariga f’St James Park.
Bosta managers ġew marbutin mar-rwol ta’ Newcastle, fosthom Wayne Rooney u Brendan Rodgers, iżda Fonseca huwa maħsub li huwa proposta attraenti minħabba li bħalissa huwa bla xogħol.
Il-coach ta’ 48 sena huwa miftuħ li jaċċetta l-impjieg fi Newcastle u huwa mifhum li diġà bdew it-taħditiet biex titpoġġa flimkien strateġija għall-partiti li ġejjin tat-team.
Fonseca x’aktarx isir il-kandidat ewlieni għax-xogħol jekk in-negozjati jkunu pożittivi, qabel oħrajn bħal Eddie Howe, Frank Lampard u Lucien Favre.
L-iktar perjodu ta’ suċċess fil-karriera maniġerjali ta’ Fonseca wasal meta kien responsabbli minn Shakhtar Donetsk, fejn rebaħ seba’ trofej fi tliet staġuni.