Monday, December 9, 2024

Neymar għandu sitt ġimgħat oħra barra mil-logħob

Aqra wkoll

Il-karriera tal-attakkant internazzjonali Brażiljan Neymar Junior ma jidhirx li tista’ tieħu r-ruħ meta sar magħruf li ċarrat il-hamstring u għandu madwar sitt ġimgħat barra. Il-plejer ta’ 32 sena daħal fit-tieni taqsima u lagħab 26 minuta fil-logħba mill-AFC Champions League kontra Esteghlal li t-tim tiegħu Al Hilal rebħu 3-0.

Neymar, li ngħaqad mat-tim mill-Arabja Sawdija mingħand Paris St Germain b’kuntratt straordinarju fl-2023, għamel sena oħra barra wara operazzjoni li kellu f’irkopptu l-leminija.

Min-naħa tagħhom, Al Hilal ma rreġistrawx lil Neymar għall-istaġun preżenti fl-Arabja Sawdija.

Ekonomija

Sport