Hekk kif ilbieraħ ħriġna bl-aħbar li Neymar aktar se jitlaq lil Paris St Germain wara aktar minn sitt snin magħhom, waslet l-istqarrija ta’ missieru li hu wkoll aġent tiegħu. Skont missieru, Neymar mhux għall-bejgħ anzi se jkun parti miċ-champions Franċiżi għall-istaġun li ġej.
Madankollu kulħadd jaf fi Franza li r-realta’ hi ferm aktar ‘il bogħod minn hekk minħabba li t-tim mill-Arabja Sawdija Al Hilal jinsabu ferm interessati fih u permezz tal-flus bla limitu li għandhom, jixtiequ jmorru għalih.