Monday, May 13, 2024

Kickboxing: Samuele Andolina jirbaħ permezz ta’ knock out ġewwa Sqallija

Aqra wkoll

Samuele Andolina, kickboxer professjonali li jitħarreġ mal-klabb lokali Team Noel, kiseb rebħa fi tmien il-ġimgħa li għaddiet meta pparteċipa fl-avveniment Evolution Fight – Road to One Championships ġewwa Rosolini, Sqallija – serata ta’ prestiġju kbir li ġiet anke trasmissa fuq stazzjonijiet sportivi.

Andolina ħabbatha mat-Taljan, Paolo Cannito ta’ Team Lassandro fil-kategorija tas-57 kilogramm. Wara biss ftit ħin mill-ewwel rawnd tal-ġlieda, Samuele niżżel lill-avversarju tieġħu (knock out) permezz ta’ teknika eċċellenti biex b’hekk intemmet it-taqbida.  Ta min isemmi li Paola Cannito huwa ċ-champion Ewropew tal-federazzjoni WKU.

Andolina ilu jitħarreg ma’ Master Noel Mercieca għal diversi snin fejn irrappreżenta lil pajjiżna diversi drabi kemm f’pajjiżna kif ukoll fix-xena internazzjoni. Kull wirja tiegħu hija waħda spettakolari, kif jixhed tajjeb dan l-aħħar suċċess.

Sport