Il-coach il-ġdid ta’ Paris Saint-Germain, Christophe Galtier, deher jeskludi trasferiment potenzjali lil hinn mill-club għal Neymar dan is-sajf.
Il-futur tal-player Brażiljan kien deher dubjuż aktar kmieni din is-sena meta l-president tal-club Nasser Al-Khelaifi tefa’ dubju fuq il-futur tal-attakkant fil-kapitali Franċiża.
Barra minn hekk, wara d-deċiżjoni kontroversjali ta’ Kylian Mbappe li jiffirma estensjoni ta’ kuntratt ta’ tliet snin mal-club aktar kmieni dan is-sajf, li tagħtih influwenza kbira fid-deċiżjonijiet sportivi tal-club, kien hemm xnigħat li l-Franċiż kien ħerqan li PSG ibiegħu lil Neymar minħabba nuqqas ta’ dixxiplina minnu.