Stilla oħra se tkun qed tilgħab fl-Arabja Sawdija, hekk kif sar magħruf li Neymar se jkompli l-karriera tiegħu f’Al-Hilal, hekk kif it-trasferiment issa huwa wieħed uffiċjali.
In-negozjati bdew il-ġimgħa li għaddiet, aċċelleraw fi tmiem il-ġimgħa u issa kollox ġie kkonfermat.
Il-Brażiljan ħalla lil Paris Saint-Germain wara perjodu twil, hekk kif kien ingħaqad magħhom lura fl-2017 u se jkun qed jilgħab fis-Saudi Pro League, li jinkludi wkoll players bħal Cristiano Ronaldo, Mahrez, Karim Benzema, Kanté u Mané.
Skont rapporti, Al-Hilal kien it-tim li għamel l-aħjar offerta lil PSG u Neymar.
Huma se jħallsu ħlas ta’ trasferiment ta’ aktar minn 60 miljun ewro (inklużi bonuses) u Neymar se jkollu kuntratt enormi.
Huwa mifhum li Neymar iffirma kuntratt li jiswa 160 miljun ewro fuq żewġ staġuni.