Wednesday, July 9, 2025

Ngħiduha kif inhi

Minn Opinjonista

Aqra wkoll

Fid-diskussjoni li titqanqal kontinwament f’pajjiżna, hemm suġġett li tista’ tgħid li ħuwa sensittiv u li jattira interess kbir f’pajjiżna – il-qasam tal-propjetà. Suġġett li fih diversi aspetti. Qasam li tista’ titkellem dwaru kemm mill-aspett ta’ ppjanar u kif jinħarġu l-permessi għall-bini f’pajjiżna. Tista’ tiddiskuti dan is-suġġett mill-aspett tal-impatt tal-kostruzzjoni fuq il-madwar ta’ fejn qed isir il-proġett. Tista’ titkellem dwar il-mod kif il-valur tal-propjetà f’pajjiżna baqa’ jiżdied b’mod qawwi minn sena għall-sena u bosta aspetti oħrajn.

Wieħed mill-aspetti li żgur hemm bosta qed jitkellmu dwaru huwa l-valur u l-prezz li bih qed tinbiegħ il-propjetà. Bħal kull ħaġa oħra, hemm żewġ uċuh tal-istess munita. Min għandu propjetà diġà jara ż-żieda fil-valur tal-propjetà bħala xi ħaġa li lilu taffettwah pożittivament għaliex il-propjetà tiegħu, jekk tinbiegħ se ġġib aktar flus. Mill-banda l-oħra, min irid jixtri propjetà għall-ewwel darba jew għandu bżonn li jixtri propjetà għal raġuni jew oħra f’xi mument f’ħajtu, qed isib li l-prezzijiet dejjem jogħlew qed jikkawżaw pressjonijiet u anke diffikultajiet.

Il-prezz tal-propjetà f’suq ħieles

Is-suq f’pajjiżna huwa wieħed ħieles. Il-prezz tal-propjetà huwa dak li s-suq jistabilixxi. Hemm min jgħid allura ma jistax ikun hemm kontroll tal-prezz tal-propjetà? L-istorja turina li kull tentattiv li sar matul is-snin, fil-verita qatt ma ħadem. Bl-istess mod, id-deciżjonijiet li kellna fuq bażi ta’ drittijiet ta’ propjetà urewna li anke l-kontroll tal-prezz tal-kera huwa kemm xejn diffiċli li jiġi kkontrollat.

Minkejja dan, fl-aħħar snin il-gvern ħa diversi miżuri biex ikun ta’ għajnuna biex aktar persuni isibuha eħfef li jixtru propjetà. L-għajnuniet li ingħataw sena wara oħra lill-first-time buyers, skemi oħra li nħarġu biex jgħinu fil-finanzjament tax-xiri tal-propjetà taw wkoll spalla lil min ried imur fis-suq u jixtri. Minkejja dawn l-iniżjattivi xorta għad hemm pressjoni dwar dan il-qasam u l-ħtieġa ta’ housing affordabbli qed tiżdied.

Inizjattiva b’impatt pożittiv

Din il-ġimgħa, il-gvern ħabbar iniżjattiva ġdida li se tħalli impatt pożittiv lil dawk li qed ifittxu li jixtru propjetà bi prezz affordabbli. Ħa nagħmlu ftit punt importanti. Meta wieħed jitkellem dwar propjetà affordabbli wieħed mhux qed jitkellem akkomodazzjoni socjali. L-akkomodazzjoni socjali hija l-miżura biex jiġi mgħejjun min għandu dħul baxx, il-housing affordabbli hija miżura biex persuni li għandhom dħul inqas minn dak medju li qed isibuha difficli biex jixtru ikunu jistgħu jidħlu fis-suq tal-propjetà bi prezzijiet aktar affordabbli.

Il-gvern qed jifħem li hemm bżonn ta’ intervent biex fis-suq ikun ħawn dak li jissejjaħ affordable housing. Dan jista’ jsir b’diversi modi u madwar l-Ewropa hemm diversi mudelli li jintużaw biex jingħata aċċess għal affordable housing apparti li jissaħħaħ ukoll l-aspett ta’ akkomodazzjoni soċjali.

Interessanti l-mudell li qed jiġi addotat hawn Malta. Il-gvern u l-knisja ffurmaw fondazzjoni għal dan il-għan. Iż-żewġ naħat qed jikkontribwixxu propjetà li se tkun qed tiġi amministrata minn din il-fondazzjoni bil-għan li jinbdew housing units li jinbiegħu bi prezz inqas minn dak tas-suq. Dan huwa mod konkret kif l-issue ta’ affordable housing tiġi indirizzata u b’mod effettiv għal min qed isibha difficċi biex jixtri propjetà li issa se jkun qed isib propjetà għall-bejgħ bi prezz affordabbli.

Kollaborazzjoni pożittiva

Ta’ min isemmi li l-kollaborazzjoni bejn il-gvern u l-knisja fit-twaqqif ta’ din il-fondazzjoni hija waħda pożittiva. Hija kollaborazzjoni meħtieġa għaliex iż-żewġ naħat għandhom assi li jistgħu jintużaw għall-iskop tal-fondazzjoni. Il-gvern għandu art li għandha tintuża għall-iskop ta’ housing affordabbli u għall-housing socjali. Ma ninsewx li l-gvern għandu art fiż-żona ta’ żvillupp kemm dik li ilha tal-gvern għall-bosta snin kif wkoll hemm art li inkisbet mingħand il-knisja bil-fteħim bejn il-gvern u l-knisja fis-snin 90. Mill-banda l-oħra il-knisja għandħa propjetajiet li għandhom jiġu użati għal skop soċjali inkluż housingġ affordabbli.

L-inizjattiva li tħabbret permezz tal-Fondazzjoni għall-Housing Affordabbli hija risposta għal dak li ilhom jinsistu dwaru n-nies. Hemm bżonn intervent b’saħħtu biex kulħadd ikollu l-opportunità li jikseb il-propjetà tiegħu ħalli jkollu housing xieraq. Intervent f’waqtu u tant meħtieġ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport