Thursday, November 6, 2025

Ngħiduha kif inhi 

Minn Opinjonisti

Aqra wkoll

Alex Borg, nhar it-Tnejn, kellu l-ewwel okkażjoni ta’ diskors ta’ importanza politika kbira. Sagħtejn risposta għall-budġet li nħlew f’diskors b’nuqqas ta’ viżjoni, nuqqas ta’ koerenza u argumenti bbażati fuq skorettezzi. 

Kien hemm ħafna tama f’Alex Borg mill-partitarji tal-PN u bosta kienu qed jistennew messaġġ b’saħħtu, imma minn dak li wieħed seta jsegwi t-Tnejn li għadda fil-Parlament, ma tantx seħħ wisq. 

Jirrepeti l-invenzjoni dwar iż-żieda

Alex Borg, minkejja li jaf li qed imeri s-sewwa magħruf, reġa’ rrepeta l-ħrafa tiegħu li l-kabinett tal-Ministri ta xi żieda kif għamel il-Prim Ministru Gonzi. Ipprova joħloq issue fuq fatti skorretti partikolarment fuq din il-kwistjoni. MInkejja li fl-aħħar jiem, bosta kienu dawk li urew bil-fatti li dak li qed jistqarr il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa skorett, xorta għażel li jibqa’ jirrepeti din il-ħrafa fid-diskors tiegħu. 

Jattakka ż-żieda tal-Pensjonijiet 

Il-PN fil-gvern ma kienx magħruf biex jagħti żidiet fil-pensjonijiet. Anzi, l-anzjani jiftakru kif il-pensjonijiet kienu fil-friża u l-ħaddiema jiftakru li l-PN kien jiddubita jistax jibqa’ jiffinanzja l-pensjonijiet. Dan il-gvern, bil-fatti li ma jista’ jmerihom ħadd, sena wara oħra qed iżid il-pensjonijiet. Żidiet mħux tal-għoli tal-ħajja biss, imma żidiet addizzjonali li qed jagħmlu l-pensjonijiet aktar b’saħħithom. 

Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg, ħareġ b’waħda inkredibbi. Attakka s-sewwa magħruf li l-pensjonanti se jkollhom €10 żieda fil-ġimgħa. Skont l-hekk imsejħa loġika tiegħu qal li mhux minnu lih żieda ta’ €10 għax parti minnhom huma l-€4.66 tal-għoli tal-ħajja. Imma dan x’tip t’argument hu? Il-gvern ħabbar żieda ta’ €10 u l-pensjonijiet daqshekk se jiżdiedu. 

Argumenti imħawda fuq il-popolazzjoni

Min segwa d-diskors sema l-argumenti ma jreġux dwar iż-żieda fil-popolazzjoni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni pprova jitkellem dwar dak li qed jitkellmu dwaru in-nies imma żgur ma weriex li għandu xi viżjoni jew jaf eżatt dwar xiex qed jitkellem. 

L-ewwel nett, iż-żieda fil-ħaddiema barranin ma tkabbarx l-ekonomija. Il-ħtieġa ta’ ħaddiema barranin seħħ għaliex kien hemm tkabbir ekonomiku. Qatt smajtu b’xi ħadd li jitlaq minn pajjiżu biex imur f’pajjiż ieħor fejn m’hemmx xogħol imma jmur biex tikber l-ekonomija f’dak il-pajjiż bil-preżenża tiegħu? 

Il-ħaddiema jitilqu minn pajjiżhom u jmorru f’pajjiż ieħor fejn jafu li se jsibu x-xogħol. Hawn Malta dak li seħħ u jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem ma’ min iħaddem malajr jispjegawlu fi kliem sempliċi ħafna dan kollu. Il-ħaddiema barranin li qed jiġu huma meħtieġa tant li ż-żieda fil-popolazzjoni bil-ħaddiema barranin seħħet waqt li n-numru ta nies li jirreġistraw dejjem baqa jonqos. 

Kull diskussjoni dwar il-popolazzjoni u l-ħaddiema barranin trid titlaq minn dan il-punt u magħha trid iżżid il-kwistjoni tar-rata tat-twelid f’pajjiżna. 

Tgerfix dwar it-turiżmu 

Il-Kap tal-oppożizzjoni għamel argument ma jinftiegemx dwar it-turiżmu u l-kontribuzzjoni li kull turist irid jagħmel meta jiġi Malta. Mela minn banda Alex Borg jgħid li jrid it-turiżmu ta’ kwalità u fl-istess ħin ikkritika li l-kontribuzzjoni ta’ €1.50 se tagħmel ħsara lit-turiżmu. Aħjar jiddeċiedi eżattament xi jrid. 

L-ewwel nett, il-kontribuzzjoni hija meħtieġa biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jkunu meħtieġa għal upkeep tal-pajjiż. Il-gvern qed iwieġeb għal sejħiet li saru marbuta ma’ dan il-punt imma l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jafx eżatt x’jaħseb fuq dan il-punt. 

It-tieni, jekk irridu turiżmu ta’ kwalità, se ninkwetaw għaliex il-contribution minn 50 ċenteżmu se tiġi €1.50? Turist ta’ kwalità jkun dak li tagħmillu differenza fil-kontribuzzjoni ta’ euro? 

Iressaq proposti ta’ dak li qed isir diġà

Alex Borg qed jgħid li għandu l-proposti u li għad fadallu x’joħroġ proposti. Mad-daqqa t’għajn ta’ dawn il-proposti tinnota li ma tantx hemm affarijiet ġodda. Pjuttost hemm proposti li diġà qed iseħħu u li qed isir xogħol dwarhom. 

Bosta diġà kkummentaw li l-PN għandu ħabta jew qabel l-elezzjoni jew fl-oppożizzjoni jibda’ jwiegħed it-tnaqqis fit-taxxa. Bosta kkummentaw wkoll li meta jsiru dawn il-wegħdi mill-PN, kif sar wara l-elezzjoni tal-2008, dawk il-wegħdi jisfumaw fix-xejn. 

Kredibilità

Fil-politika l-aktar ħaġa importanti hija li tkun kredibbli. Il-kredibilità ma tiksibhiex b’diskors bħal tal-bieraħ speċjalment meta l-PN meta kien fil-gvern nafu eżattament kif mexa. Mid-diskors tat-Tnejn li għadda tista’ tgħid li Alex Borg jgħid ħafna affarijiet imma eżattament fejn irid jieħu l-pajjiż jekk il-poplu jafdah ħadd għadu ma fehem. 

1 kumment

  1. Fejn huwa l pn.Wara Eddie dejjem kellu tmexxija bazwija.G0nzi u larluggar mieghu hadu lill Maltin ghall gol hofra.Ghanna tmexxija tal pajjiz stabli.Grazzi lill PARTIT LABURISTA li dejjem haseb fiz zghir.Xqatt ghamel Beppe billi dejjem jippopa sidra.Xi hadd jahseb li ma kienx hemm nies kapaci izjed minn Mr facebook.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport