Il-manager ta’ Chelsea, Thomas Tuchel, ta x’jifhem li N’Golo Kante jista’ jkun tajjeb biżżejjed biex jibda l-finali tal-FA Cup tal-lum is-Sibt kontra Liverpool.
Kante ilu nieqes għal tliet logħbiet ksonekuttivi wara li sofra injury mhux speċifikata waqt id-draw ta’ 1-1 kontra Manchester United.
Madankollu, Tuchel żvela li l-Franċiż jista’ jkun f’pożizzjoni li jipparteċipa fil-finali ta’ Wembley, u ammetta li r-ritorn tar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 jista’ jkun “kruċjali” għat-tamiet tagħhom li jittrijonfaw.
Tuchel qed jittama wkoll li Mateo Kovacic jirnexxielu jegħleb problema fl-għaksa biex jilgħab kontra l-ġganti ta’ Merseyside, Liverpool, bil-manager Ġermaniż żied jgħid li jkun lest jutilizza lil dawn iż-żewġ players anke jekk ma jkunux 100% tajbin għal-logħob.