Saturday, November 23, 2024

NGOs jgħidu li l-iżvilupp fuq is-sit tal-Jerma se jikber

Aqra wkoll

Seba’ għaqdiet mhux governettivi talbu lill-Awtorita tal-Ippjanar biex tħassar il-konsultazzjoni pubblika li kienet għamlet dwar il-futur tas-sit fejn kien hemm il-lukanda Jerma f’Wied il-Għajn.

Is-seba’ għaqdiet huma Din l-Art Ħelwa, Moviment Graffitti, Ramblers Association, Nature Trust, Flimkien għal Ambjent Aħjar, is-Soċjeta Arkeoloġika u Greenhouse.

Huma qed isostnu li l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika dwar id-Development Brief għas-sit, li sar bejn it-18 ta’ Ottubru u l-11 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet, ma sarx kif suppost.

Is-seba’ għaqdiet qed jgħidu li b’dan il-mod l-Awtorita tal-Ippjanar inkludiet zoni intiżi għall-pubbliku u tat lok biex ikun hemm żieda fl-għoli u fil-volum tant li z-zona żviluppata żdiedet b’100,000 metru kwadru.

Kien għalhekk li permezz ta’ protest ġudizzjarju li l-Avukat Claire Bonello ippreżentat f’isimhom fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili huma talbu lill-Awtorita tal-Ippjanar biex fi żmien 10 ijiem tannulla l-konsultazzjoni pubblika.

Sport