Wednesday, July 24, 2024

Nhar il-Ħadd li ġej se ssir id-Demilition Derby

Aqra wkoll

Nhar il-Hadd li gej, 7 ta’ Jannar 2024, l-“Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi” ħa torganizza l-attivta speċjali li ssir kull sena li normalment issir fi gimgha qabel il-Milied imma minhabba il-maltemp kellha tigi posposta ghal din id-data. Bħall snin preċedenti l-attivita tiġi mtella biex jinġabru fondi li din id-darba ser immoru ghal Puttinu Cares.

F’din il-28 edizzjoni ta’ din l-attivita ser tkun id-dedikata biss ghad-Demolition Derby. Biex l-attivita tkun iktar interessanti l-Assocjazzjoni ser torganizza RIDES bil-Karozzi Autocross u 4×4 spettaturi jista ikollom esperjenza ta zewg dawriet mal-korsa kull min se jkun qed jitla f’wahda dawn il-karozzi se jintalab donazzjoni €5 li ukoll ser ikunu qed imorru ghal Puttinu Cares. Din ser tibda f’12pm bil-biebin tal-Kumpless jinfethu 11:00am inheggu lil pubbliku jahseb kmieni minhabba il-Parking.

Għalkemm il-kompetituri tad-Demolition qed isibuha diffiċli ħafna li jixtru karozzi qodma għal dan l-avveniment li jittellha “Darba fis-Sena”, 51 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni. U jekk jirrnexilhom jghaddu mill-iskrutinju 51 Karozza u se naraw  5 il-kompetituri ġodda f’dan l-isport u 44 li huma sewwieqa li soltu jieħdu sehem f’din il-logħba.

Il-ħbit bil-karozzi hija l-irwol ta’ din il-logħba s-sewwieqa għandhom regoli ta’ ‘sigurtà speċjali’ li jridu jiġu osservati sabiex titħares is-saħħa tas-sewwieqa kollha. Ir-Regoli preventivi ta’ din il-loghba jridu jiġu osservati mis-sewwieqa kollha matul u sal-aħħar tad-Demolition Derby. Filwaqt, l-Assoċjazzjoni tieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex dan iseħħ. Dan kollu jamel din l-attivita success fejn l-ahhar karozza li tkun ghada timxi biex tghati l-ahhar daqqa tigi iddikjarata rebbieha.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- [email protected]

Ekonomija

Sport