Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku sabiex nhar is-Sibt li ġej, 20 ta’ April, iżuru Għar Dalam u Borġ in-Nadur f’Birżebbuġa, li se jiftħu għall-pubblku il-ġurnata kollha mingħajr ħlas.
Għar Dalam, li huwa mżejjen b’informazzjoni fuq diversi blat, huwa wkoll wieħed mill-eqdem sit preistoriku ta’ pajjiżna bl-ewwel preżenza umana.
Il-pubbliku se jkun jista’ jżur ukoll is-sit ta’ Borġ in-Nadur, li jinsab ftit ’l isfel minn Għar Dalam.