Wednesday, December 25, 2024

“Nhar is-Sibt kun miegħi u wara s-Sibt jien se nkun miegħek għal Malta”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Aħna m’aħniex biss baħħara tal-bnazzi imma baħħara tal-maltemp ukoll”. Hekk beda biex jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif irringrazzja lil dawk kollha li laqugħ għar-rally f’Tas-Sliema. 

Grech stieden lil kulħadd biex jingħaqad miegħu biex fis-26 ta’ Marzu u wara, jkunu jistgħu jħarsu lura u jgħidu li għażlu li jġibu d-differenza u joħorġu lill-pajjiż mis-sqaq li sab ruħu fih.

“Emminna fik u se nibqgħu nemmnu fik. Iva miegħek jien konvint li nhar is-Sibt li ġej se nerġgħu naqbdu r-rotta sabiħa li Malta u Għawdex jixirqilhom. Inti kun miegħi nhar is-Sibt u wara nhar is-Sibt jien se nkun miegħek għal Malta”, saħaq Grech filwaqt li mill-ġdid tenna l-appell tiegħu biex aktar Nazzjonalisti jkomplu jikkonvinċu dwar il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista.

Grech kompla jispjega fil-fehma tiegħu għalfejn il-poplu għandu jagħżel lill-Partit Nazzjonalista nhar is-Sibt li ġej. “Inti jeħtieġ li tagħti sehmek biex, mhux biex tagħti l-poter lili, iżda biex tieħu aktar poter f’idejk”, kompla jgħid Grech.

Grech qal li l-Partit Laburista lejliet l-elezzjoni qiegħed jindirizza problema li gvern Nazzjonalista fil-gvern kien jindirizzaha minn tal-inqas sitt xhur ilu. Huwa qal dawn waqt li kien qiegħed dwar l-għajnuna mħabbra mill-gvern biex jgħin fil-kontroll tal-għoli tal-ħajja. Dan hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li ntlaħaq ftehim mal-importaturi biex ikollna biżżejjed ħafna tal-ikel u prezzijiet stabbli.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla biex jgħid li l-Prim Ministru ma tfattxax għad-dibattitu miegħu fil-Junior College għax jibża’ jiltaqa’ miegħu. Sostna li ma tfattxax għax jaf li għandu biss x’jitlef meta jaffrontah. 

Grech stqarr li kienet kapanja li għenitu jsir jaf aktar lin-nies, jismagħhom u jagħti widen għall-ħsibijiet tagħhom. Qal li kien hemm oħrajn li kellimhom mill-midja soċjali, iżda fuq kollox iltaqa’ ma’ ħafna oħrajn li komplew jikkonfermaw il-familja tal-Partit Nazzjonalista. 

Ekonomija

Sport