Friday, December 27, 2024

Nhar it-Tnejn li ġej nistennew riħ qawwi

Aqra wkoll

Hekk kif diversi siti qegħdin ibassru li tmiem il-ġimgħa li ġej se jerġa’ jkollna mewġa ta’ sħana oħra, nhar it-Tnejn u t-Tlieta li ġejjin jidher li se jkollna riħ qawwi ħafna.

Dan se jkun qiegħed ivarja minn forza 6 u anke jista’ jkollna buffuri ta’ forza 8. Minħabba li r-riħ se jkun qiegħed jonfoħ mill-Majjistral, minn nhar it-Tnejn li ġej mhux mistennija tinħass daqshekk sħana.

Wieħed mis-siti ewlenini tat-temp, ‘l-Aġġornament tat-Temp’, kiteb li “l-instabbilità li kellna nhar il-Ħadd filgħaxija u sbieħ it- Tnejn ma ffurmatx minn fuq Tuneż u daħlet fil-Mediterran. Dan huwa fattur importanti għax kieku l-previżjoni tibda tvarja u jkun diffiċli li jkollna idea ċara kif se jkompli temp.”

Gordon Grech, mill-istess sit, jgħid li l-indikazzjonijiet li għandha hi li l-ebda xita oħra ma hi prevista. “Dan għar-raġuni li se jinħoloq kurrent mill-Majjistral … u se jżomm milli t-temperatura tkompli togħla u ma jħalli l-ebda sħana estrema tippenetra fil-Mediterran”.

Minkejja dan, tmiem din il-ġimgħa t-temperatura mistennija tilħaq l-34°C, iżda minħabba li għadna umidtà baxxa ħafna se tinħass ferm aktar.

Ekonomija

Sport