Nice tnaqqsulhom żewġ punti, u għandhom jerġgħu jilagħbu l-logħba tagħhom tal-Ligue 1 kontra Marseille wara li l-inkwiet tal-patitarji wassal biex il-partita fit-22 ta’ Awwissu kellha tiġi abbandunata.
Dimitri Payet ta’ Marseille intlaqat minn flixkun u tefgħu lura fil-folla, u kkawża lill-partitarji li jidħlu fil-ground.
Payet, sieħbu Alvaro Gonzalez u l-coach ta’ Marseille Pablo Fernandez kollha ġew sospiżi.
Il-partita se terġa’ tintlagħab bil-bibien magħluqa u f’post newtrali.
Is-sospensjoni ta’ Nice kienet tinkludi total ta’ tliet logħbiet li kellhom jintlagħbu bil-bibien magħluqa.
Il-Ligue de Football Professionnel (LFP) ħabbret id-deċiżjonijiet dixxiplinari tagħha nhar l-Erbgħa filgħaxija b’Payet jirċievi sospensjoni ta’ logħba waħda.
Sieħbu Alvaro Gonzalez ġie sospiż żewġ logħbiet filwaqt li l-fiżjo-terapista ta’ Marseille Pablo Fernandez ingħata sospensjoni ta’ disa’ xhur minn fuq it-touchline, sat-30 ta’ Ġunju 2022.
Għal-logħba fl-istadium Allianz Riviera ta’ Nica attendiet folla ta’ aktar minn 32,000 partitarju, bl-ispettaturi jitħallew lura ġewwa l-grounds fi Franza wara li l-maġġoranza tal-istaġun 2020-21 intlagħab bil-bibien magħluqa minħabba restrizzjonijiet marbuta mal-coronavirus.