L-atleta Malti Nick Bonett temm fl-10 post fl-400m tal-Irġiel fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ Dakar 2026.
L-isprinter żagħżugħ għamel ħin ta’ 50.06 sekondi, biex temm fis-sitt post fis-semifinali tiegħu u għal ftit tilef post fil-finali … b’0.05 sekondi biss.
Prestazzjoni oħra mill-aqwa għal Bonett, li rrappreżenta lil Malta fost 16-il atleta li kommpetew fl-avveniment.




