Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Nicky Gauci jtemm l-ewwel staġun tiegħu fil-Kampjonat Legends Cars Italia tal-2026 …...

Nicky Gauci jtemm l-ewwel staġun tiegħu fil-Kampjonat Legends Cars Italia tal-2026 … jikseb il-ħames post fil-kategorija PRO u s-seba’ post fil-klassifika ġenerali fost madwar 80 kompetitur

0
33

Is-sewwieq Malti Nicky Gauci temm l-ewwel staġun tiegħu fil-Kampjonat Legends Cars Italia tal-2026, fejn kiseb il-ħames post fil-kategorija PRO u s-seba’ post fil-klassifika ġenerali fost madwar 80 kompetitur.

F’nofs il-kampjonat, Gauci kien qed imexxi b’vantaġġ ta’ 12-il punt, iżda inċident f’Vallelunga wassal biex hu jkollu jirtira f’żewġ tiġrijiet, fatt li ħalla impatt fuq l-isfida tiegħu għat-titlu.

Minkejja diffikultajiet tekniċi oħra fl-aħħar rawnd tal-istaġun f’Misano, Gauci spiċċa fil-15-il post, fit-13-il post u fit-13-il post rispettivament. B’hekk, huwa temm l-ewwel kampjonat tiegħu 18-il punt biss wara Alberto Naska fil-klassifika ġenerali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here