Tuesday, October 1, 2024

Nico Williams segwit minn Juventus u Barcelona

Aqra wkoll

Juventus se jkunu qed jikkompetu ma’ Barcelona għall-akkwist tal-attakkant internazzjonali Spanjol Nico Williams. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u jilgħab ma’ Athletic Club ta’ Bilbao.

Il-Katalani kienu ferm viċin li jakkwistaw is-servizzi ta’ Williams iżda għal xi raġuni jew oħra ma kienx hemm ftehim sabiex eventwalment ħadu lil Dani Olmo.

Sadanittant xi timijiet Ingliżi li ma ssemmewx b’isimhom ukoll qed isegwu l-progress tal-istess Nico Williams.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport